Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ April 2011 – Zitro IP vs UASI – Show Ball Informática (BINGO SHOWALL)
(Kawża T-179/10)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BINGO SHOWALL – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti SHOW BALL – Raguni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19-21, 44)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Frar 2010 (Każ R 666/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zitro IP Sàrl u Show Ball Informàtica Ltda.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Zitro IP Sàrl
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali BINGO SHOWALL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 6059919
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Show Ball Informática Ltda
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva Komunitarja Nru 5092275 li tinkludi l-element verbali SHOW BALL, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Applikazzjoni għal reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zitro IP Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy