Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta' Ġunju 2012 — Seikoh Giken vs UASI — Seiko Holdings (SG SEIKOH GIKEN)
(Kawża T-519/10)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali — Talba għall-estensjoni territorjali tal-protezzjoni — Trade mark figurattiva SG SEIKOH GIKEN — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEIKO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta' trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta' konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva SG SEIKOH GIKEN u trade mark verbali SEIKO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 40)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Awwissu 2010 (Każ R 1553/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Seiko Holdings Kabushiki Kaisha u Kabushiki Kaisha Seikoh Giken.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kabushiki Kaisha Seikoh Giken hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy