Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Ġunju 2012 — XXXLutz Marken vs UASI — Meyer Manufacturing (CIRCON)
(Kawża T-542/10)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CIRCON — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CIRCULON — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Karattru distintiv għoli — Reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell — Drittijiet tad-difiża — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009”
1. Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 21)
2. Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 42(1), u 75) (ara l-punti 70-72, 90)
3. Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta' kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Bidla ta' deċiżjoni tal-Uffiċċju — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 98)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Settembru 2010 (Każ R 40/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Meyer Manufacturing Co. Ltd u XXXLutz Marken GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta' Settembru 2010 (Każ R 40/2010-1), hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn XXXLutz Marken GmbH.
3)
Meyer Manufacturing Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy