1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/60
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2010 — Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-90/10)
2010/C 113/92
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ferriere Nord SpA (Osoppo, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Prinċipalment , tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2009 C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru — kif emendata u kkompletata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ Diċembru 2009 C(2009) 9912 finali, nnotifikata fid-9 ta’ Diċembru 2009 — li biha r-rikorrenti ġiet ikkundannata tħallas multa għall-ammont ta’ EUR 3 570 000,00 wara proċedura skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid).
Sussidjarjament , tannulla parzjalment id-Deċiżjoni C(2009) 7492 finali — kif emendata u kkompletata bid-Deċiżjoni C(2009) 9912 finali — u konsegwentement tnaqqas il-multa.
Fi kwanunkwe każ , tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni, tat-30 ta’ Settembru 2009, kif emendata u kkompletata bid-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009, li biha l-Kummissjoni ssanzjonat ksur tal-Artikolu 65 KEFA abbażi tar-Regolament (KE) 1/2003 (1).
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’rikorsi oħra ppreżentati kontra l-imsemmija deċiżjoni.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti tinvoka, fost l-oħrajn, il-motivi li ġejjin:
—
nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tissanzjona ksur tat-Trattar KEFA wara li dan skada;
—
nuqqas ta’ notifika minn qabel ta’ “dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet” ġdida;
—
nuqqas ta’ seduta oħra quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta;
—
rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta posterjuri għad-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009;
—
adozzjoni tad-deċiżjoni, tat-30 ta’ Settembru 2009, mingħajr l-annessi msemmija fiha.
Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tal-imsemmija deċizjonijiet għal diversi motivi, fosthom dawn li ġejjin:
—
evalwazzjoni ġuridika tal-fatti żbaljata (rigward it-tul tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju, l-ilmenti mressqa, il-prezz bażiku, il-prezzijiet għal daqsijiet supplimentari, il-limitazzjoni tal-produzzjoni u/jew tal-bejgħ);
—
nuqqas ta’ proporzjonalità tal-multa meta mqabbla mal-gravità u mat-tul tal-akkordju;
—
nuqqas ta’ kunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi attenwanti;
—
applikazzjoni żbaljata tal-kriterji previsti mill-“Avviż tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Lulju 1996, dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell”.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Full & Egal Universal Law Academy