19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/50
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2010 — Milux vs UASI (FERTILITYINVIVO)
(Kawża T-175/10)
2010/C 161/79
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Milux Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Frar 2010, fil-Każ R 1116/2009-4; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “FERTILITYINVIVO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma kinitx eleġibbli għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja minħabba li ma għandhiex karattru distintiv intrinsiku suffiċjenti.
Full & Egal Universal Law Academy