28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/39
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2010 — Condé vs Il-Kunsill
(Kawża T-210/10)
2010/C 234/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mamoudou Condé (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat- 22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ginea, sa fejn dan jirrigwarda r-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ginea (1) sa fejn ir-rikorrent huwa inkluż fuq il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni tliet motivi bbażati:
—
fuq ksur tad-dritt għal rikors effettiv, billi r-rikorrent ma ġiex infurmat bir-rimedji legali għad-dispożizzjoni tiegħu;
—
fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, billi r-rikorrent ma ġiex infurmat bil-fatti meqjusa kontrih;
—
fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal proprjetà tar-rikorrent.
(1) ĠU L 346, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy