3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/56
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-225/10)
2010/C 179/96
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendia Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS (test ikkodifikat tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji), jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta japplika għal akkwist ta’ ishma li jirriżulta fi ksib ta’ kontroll, jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkonċernata minn dan ir-rikors hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawżi T-219/10, Autogrill España vs Il-Kummissjoni, u T-221/10, Iberdrola vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu l-motivi u l-argumenti prinċipali invokati fil-kuntest tal-imsemmija kawżi.
B’mod konkret, ir-rikorrenti tinvoka żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat u fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-imsemmija miżura.
Full & Egal Universal Law Academy