31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/49
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea u EPSO
(Kawża T-248/10)
2010/C 209/73
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 — Amministraturi (AD 5) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Marzu 2010, Numru C 64 A.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk tal-Kawża T-218/09 Italja vs Il-Kummissjoni (1).
(1) ĠU C 180, 01.08.09, p. 59.
Full & Egal Universal Law Academy