23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/48
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2010 — CTG Luxembourg PSF vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-340/10)
2010/C 288/91
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Computer Task Group Luxembourg PSF SA (CTG Luxembourg PSF) (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Thewes, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tornda li l-kawża preżenti tingħaqad mal-kawża pendenti quddiem it-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali taħt in-numru T-170/10;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-29 ta’ Ġunju 2010 li tagħti l-kuntratt “AO 008/2009: Għajnuna lill-utenti tas-sistemi IT u telefoniċi tal-1 u tat-2 livell, call center, amministrazzjoni hardware end user” lil offerent ieħor;
—
tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea u tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkumpensa lir-rikorrenti tad-danni kollha subiti minħabba d-deċiżjoni kkontestata u l-ħatra ta’ espert biex jevalwa d-dannu;
—
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-170/10, CTG Luxembourg PSF vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (1), li tirrigwarda l-istess sejħa għal offerti.
(1) ĠU 2010, C 161, p. 48.
Full & Egal Universal Law Academy