6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/32
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awissu 2010 — Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-345/10)
2010/C 301/56
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Saraiva de Almeida, aġenti, assistiti minn M. Figueiredo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
Prinċipalment:
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4255 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI 1999.PT.06.1.PO.007 (Il-Portugall — programm nazzjonali, Objettiv 1) fir-rigward tal-miżura “Investimenti fl-impriżi agrikoli” li naqset b’EUR 16 411 829,46 il-kontribuzzjoni tal-FAEGG — Gwida fl-ispejjeż mogħtija taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2878, tat-30 ta’ Ottubru 2000, fl-ambitu tal-programm ta’ għajnuna CCI 1999.PT.06.1.PO.007 (Il-Portugall — programm nazzjonali, Objettiv 1); u
—
Sussidjarjament
(1)
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4255 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2010, sa fejn taffettwa l-finanzjament Komunitarju tal-infiq tar-Repubblika Portugiża fir-rigward tal-benefiċjarji magħżula bejn it-28 ta’ Ottubru 2003 u Novembru 2006, li tammonta għal EUR 194 347 574,29;
(2)
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4255 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2010, sa fejn taffettwa l-finanzjament Komunitarju tal-infiq tar-Repubblika Portugiża fir-rigward tal-benefiċjarji magħżula għall-“investimenti fl-impriżi agrikoli” assoċjati mal-għajnuna mogħtija lil bdiewa żgħażagħ, li tammonta għal EUR 94 621 812,06.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:
(a)
ksur tal-Artikolu 250 TFUE u nuqqas ta’ kompetenza;
(b)
ksur tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/99, tal-21 ta’ Ġunju 1999 (1);
(c)
applikazzjoni retroattiva tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12578/99, tas-17 ta’ Mejju 1999 (2);
(d)
ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002, tas-26 ta’ Frar 2002 (3);
(e)
ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001, tat-2 ta’ Marzu 2001 (4);
(f)
ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1257/99;
(g)
ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza;
(h)
ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u tal-aspettattivi leġittimi u żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji li għandhom jinsiltu mill-ksur tar-regoli Komunitarji;
(i)
ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002, tas-26 ta’ Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3, Vol. 35, p. 269)
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001, tat-2 ta’ Marzu 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 14, Vol. 1, p. 132)
Full & Egal Universal Law Academy