4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/34
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Mahmoudian vs Il-Kunsill
(Kawża T-440/10)
2010/C 328/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fereydoun Mahmoudian (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla l-paragrafu 2 tat-Taqsima A tal-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;
—
tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 li jimplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (1), kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari sa fejn ir-rikorrenti huwa inkluż fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-439/10, Fulmen vs Il-Kunsill, li tikkonċerna l-kumpannija li r-rikorrent huwa d-direttur ġenerali tagħha.
(1) Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.
Full & Egal Universal Law Academy