18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/48
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2010 — SE — Blusen Stenau vs UASI — SPORT EYBL & SPORTS EXPERTS (SE© SPORTS EQUIPMENT)
(Kawża T-477/10)
2010/C 346/94
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SE — Blusen Stenau GmbH (Gronau, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SPORT EYBL & SPORTS EXPERTS GmbH (Wels, l-Awstrija)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Lulju 2010 fil-Każ R 1393/2009-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: SPORT EYBL & SPORTS EXPERTS GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “SE© SPORTS EQUIPMENT” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali Ġermaniża u reġistrazzjoni internazzjonali “SE” għal prodotti fil-klassi 25 u trade marks verbali Ġermaniżi “SE So Easy” u “SE-Blusen” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18, 24 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni appellata ġiet annullata u mibgħuta lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għal evalwazzjoni ulterjuri
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li t-trade marks inkwistjoni huma identiċi u hemm probabbiltà ta’ konfużjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy