15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/29
Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Novembru 2010 — Hamberger Industriewerke vs UASI (Atrium)
(Kawża T-513/10)
2011/C 13/57
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hamberger Industriewerke GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Awwissu 2006 fil-Każ R 291/2010-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Atrium” għal prodotti fil-klassijiet 19 u 27.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), inkwantu t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex purament deskrittiva.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy