15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/33
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Interkobo vs UASI — XXXLutz Marken (mybaby)
(Kawża T-523/10)
2011/C 13/64
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Interkobo Sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Skubisz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 88/2009-4;
—
tikkundanna lill-konvenut u lil XXXLutz Marken GmbH għall-ispejjeż inklużi dawk imġarrba mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: XXXLutz Marken GmbH.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “my baby” għal prodotti fil-klassi 28 — Reġistrazzjoni Nru 4894416.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali nazzjonali “MYBABY”, trade mark figurattiva nazzjonali “mybaby” u trade mark verbali internazzjonali “MYBABY” għal prodotti fil-klassi 28.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħha u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark għal prodotti fil-klassi 28 miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda.
Motivi invokati: ksur tar-Regola 20(1) flimkien mar-Regola 19(2)(a), (i) u (ii), u tar-Regola 19(3) tar-Regolament Nru 2868 (1), u ksur tad-dritt li tintalab protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).
Full & Egal Universal Law Academy