29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/43
Rikors ippreżentat fid-22 ta’ Novembru 2010 — Häfele vs UASI (Vorfront)
(Kawża T-531/10)
2011/C 30/78
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni R 570/2010-1, tal-14 ta’ Settembru 2010, tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Vorfront” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 19 u 20.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li t-trade mark ikkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex purament deskrittiva.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.03.2009, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy