29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/46
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Adamowski vs UASI — Fagumit (FAGUMIT)
(Kawża T-537/10)
2011/C 30/84
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ursula Adamowski (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o. (Wolbrom, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 1002/2009-1;
—
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3 005 980;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell u għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “FAGUMIT”, għal prodotti fil-klassijiet 12 u 17.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “FAGUMIT”, għal prodotti fil-klassi 17.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark iddikjarata invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(c), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(4), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell naqset milli tipproduċi provi legalment validi li juru li s-sinjal kummerċjali “FAGUMIT” huwa effettivament użat; ksur tal-Artikolu 53(1)(b), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell effettivament iddikjarat li kienet qiegħda taqbel ma’ reġistrazzjoni tad-dritt ta’ trade mark għas-sinjal “FAGUMIT”, kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn fil-mument rilevanti tal-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata ebda aġir in mala fide ma seta’ jiġi imputat lir-rikorrenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy