29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/53
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Biodes vs UASI — Manasul International (FARMASUL)
(Kawża T-553/10)
2011/C 30/94
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Biodes, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manasul Internacional S.L. (Ponferrada, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 1034/2009-1, u
—
tikkundanna lill-UASI u lil kull intervenjent possibbli għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Biodes, S.L.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “FARMASUL” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Manasul Internacional S.L.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi nazzjonali “MANASUL” u “MANASUL ORO” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx xebh bejn it-trade marks inkwistjoni, peress li l-persuna li qed topponi naqset milli tanalizza t-tieni kuntratt ta’ liċenzja li emenda l-ewwel kuntratt ta’ liċenzja, u peress li t-trade mark preċedenti ma għandhiex l-allegata reputazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy