5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/19
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Vivendi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-568/10)
2011/C 72/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vivendi (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, J.-Y. Ollier u M. Struys, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors preżenti bħala ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2010 li permezz tagħha ċaħdet l-ilment imressaq minn Vivendi fit-2 ta’ Marzu 2009 (irreġistrat bin-Numru 2009/4267) għall-ksur imwettaq mir-Repubblika Franċiża, tad-Direttiva 2002/77/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’riżultat ta’ dan, ksur tal-Artikolu 106(1) TFUE, bl-għoti ta’ vantaġġ leġiżlattiv li jirriżulta mir-rifjut tal-ARCEP li tuża l-poteri tagħha sabiex tobbliga lill-operatur eżistenti sabiex jagħti lill-operaturi li qed jitolbu aċċess għan-netwerk lokali, is-somom miġbura li jmorru lil hinn mill-ispejjeż effettivi tal-provvista suġġetti għall-orjentament lejn l-ispejjeż.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1)
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “dritt speċjali” fis-sens tad-Direttiva 2002/77/KE (1).
(2)
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Kummissjoni tad-dmirijiet tagħha ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 106(3) TFUE.
(3)
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li l-obbligu li xi tariffi jiġu orjentati lejn l-ispejjeż ma jaqax fuq xi direttiva tal-Unjoni Ewropea, iżda tkun responsabbiltà tar-regolatur nazzjonali.
(4)
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li d-drittijiet tal-operaturi privati mhux se ssirilhom ħsara, u li dawn ikunu jistgħu imorru quddiem il-qrati kummerċjali nazzjonali sabiex jieħdu rimbors tas-somom żejda miġbura minn France Télécom, filwaqt li l-kumplessità ta’ tali kawża tagħmilha impossibbli li jseħħ it-twettiq sħiħ tad-dritt għar-rimbors quddiem tali qrati.
(1) Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Volum 2, p. 178).
Full & Egal Universal Law Academy