19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/29
Rikors ippreżentat fil-14 ta’ Diċembru 2010 — Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-576/10)
2011/C 55/51
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Trefilerías Quijano, SA (Los Corrales de Buelna, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat u A. Tresandi Blanco, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387, tat-30 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prekompressjoni;
—
sussidjarjament, tannulla skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prekompressjoni, sa fejn dan jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni peress li ma applikatax għar-rikorrenti t-terminu supplementari mogħti għall-ħlas tal-multa lil TQ, kif ukoll sa fejn hija effettwata minn nuqqas ta’ motivazzjoni, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-575/10, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy