Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 – Noko Ngele vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-15/10 R II)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Talba ġdida – Inammissibbiltà”
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rabta tal-miżura mitluba mat-talbiet fil-kawża prinċipali - Natura provviżorja u mhux definittiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 8-10)
Suġġett
Talba intiża, essenzjalment, biex jiġu ddikjarati illegali l-minuti tas-seduta (2009) 1874 finali tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Mejju 2009, inkwantu fihom jidher li din tal-aħħar ħadet id-deċiżjoni li tagħti għajnuna legali lil wieħed mill-ex membri tagħha u lil bosta mill-membri tal-persunal tagħha.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy