Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2010 – Regione Puglia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-84/10 R u T-223/10 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni li għajnuna finazjarja Komunitarja titnaqqas – Nota ta’ debitu – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12, 13)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Sitwazzjoni li tista’ tikkomprometti serjament l-eżerċizzju minn entità reġjonali tal-missjonijiet tagħha ta’ servizz pubbliku - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 18-22, 25)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Preġudizzju li jista’ jiġi rrimedjat permezz tal-għoti ta’ kumpens fil-kuntest tal-kawża prinċipali - Nuqqas ta’ karattru irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23, 24)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni C (2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), lill-Italja għall‑programm operattiv POR Puglia li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (2000-2006), u, min‑naħa l-oħra, tal-ordni ta’ ħlas li tinsab fin-nota ta’ debitu, tas-26 ta’ Frar 2010, mogħtija wara din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T‑84/10 R u T‑223/10 R huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id- digriet.
2)
It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy