Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 – Strålfors vs UASI (ID SOLUTIONS)
(Kawża T-211/10)
“Rikors għal annullament – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà manifesta”
Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors - Riferiment għall-annessi kollha - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 5-7)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1111/2009‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ID SOLUTIONS bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Strålfors AB
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ID SOLUTIONS, għal prodotti fil-klassi 16 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8235202
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud u deċiżjoni kkontestata kkonfermata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Strålfors AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy