Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 – Strålfors vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS)
(Kawża T-212/10)
“Rikors għal annullament – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà manifesta”
Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors - Riferiment għall-annessi kollha - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 5-7)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1112/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IDENTIFICATION SOLUTIONS bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Strålfors AB
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali IDENTIFICATION SOLUTIONS, għal prodotti fil-klassi 16 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8235186
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni parzjalment rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud u deċiżjoni kkontestata kkonfermata.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Iberdrola, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy