25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Palermo — l-Italja) — Proċeduri kriminali kontra Fabio Caronna
(Kawża C-7/11) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 77 - Distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali - Awtorizzazzjoni speċjali obbligatorja għall-ispiżjara - Kundizzjonijiet għall-għoti)
2012/C 258/07
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Palermo
Parti fil-kawża prinċipali
Fabio Caronna
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Palermo — Interpretazzjoni tal-premessa 36 kif ukoll tal-Artikoli 76 sa 84 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) — Distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali min-naħa tal-ispiżjara u ta’ persuni awtorizzati jew li għandhom is-setgħa li jqassmu prodotti mediċinali lill-pubbliku, għall-pussess tal-awtorizzazzjoni imposta fuq id-distributuri bl-ingrossa — Ammissibbiltà
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/120/KE, tal-14 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li wieħed ikollu awtorizzazzjoni ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali tapplika għal spiżjar li, bħala persuna fiżika, huwa awtorizzat, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jeżerċita wkoll attività ta’ bejjiegħ bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali.
(2)
Spiżjar li, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa awtorizzat jeżerċita wkoll attività ta’ bejjiegħ bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali, għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha imposti fuq l-applikanti u fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali bis-saħħa tal-Artikoli 79 sa 82 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2009/120.
(3)
Din l-interpretazzjoni ma tistax, waħedha u b’mod indipendenti minn liġi adottata minn Stat Membru, toħloq jew iżżid ir-responsabbiltà kriminali ta’ spiżjar li eżerċita l-attività ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa mingħajr ma kellu l-awtorizzazzjoni relattiva għaliha.
(1) ĠU C 80, 12.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy