3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles — il-Belġju) — Waypoint Aviation SA vs État belge — SPF Finances
(Kawża C-9/11) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni fiskali - Kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul minn self mogħti għall-akkwist ta’ beni użati fit-territorju nazzjonali - Esklużjoni ta’ beni li d-dritt ta’ użu tagħhom ġie ċedut lil terzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor)
(2011/C 355/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Waypoint Aviation SA
Konvenut: État belge — SPF Finances
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10 KE (Artikolu 4(3) UE) u 49 KE (Artikolu 56 TFUE) — Liġi nazzjonali li tippermetti li jingħata kreditu ta’ taxxa lill-benefiċjarji ta’ dħul minn kreditu jew ta’ self mogħti lil ċentru ta’ koordinazzjoni nazzjonali — Dritt ta’ użu tal-beni akkwistati, permezz ta’ fondi mislufa, minn kumpannija residenti fl-istess grupp bħal dak li huwa l-proprjetarju taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni — Esklużjoni tal-kumpanniji li ma humiex residenti fl-istess grupp — Restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi
Dispożittiv
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-għoti ta’ kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul minn self mogħti lil ċerti kumpanniji għall-akkwist ta’ beni ġodda użati fit-territorju nazzjonali, bil-kundizzjoni li d-dritt ta’ użu tal-beni ma jiġix ċedut, mill-kumpannija li akkwistat dawn tal-aħħar permezz tas-self li jipprovdi d-dritt għal kreditu ta’ taxxa jew minn kull kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp, lil terzi li ma humiex membri ta’ dak il-grupp stabbiliti f’dak l-Istat Membru.
(1) ĠU C 95, 26.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy