18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Leopold Sommer vs Landesgeschäftsstelle des Arbeitsmarktservice Wien
(Kawża C-15/11) (1)
(Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Repubblika tal-Bulgarija - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ permess ta’ xogħol għaċ-ċittadini Bulgari għal eżami tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol - Direttiva 2004/114/KE - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju)
2012/C 250/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Leopold Sommer
Konvenut: Landesgeschäftsstelle des Arbeitsmarktservice Wien
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (ĠU L 153M, p. 330) u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 17 tagħha, kif ukoll tal-punt 14 tal-Anness VI tal-lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2005 L 157, p. 104) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ permess ta’ xogħol lil ċittadini Bulgari għal eżami tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol — Applikazzjoni eventwali tad-Direttiva 2004/114/KE
Dispożittiv
(1)
Il-punt 1(14) tal-Anness VI tal-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol tal-istudenti Bulgari, fil-mument tal-fatti fil-kawża prinċipali, ma jistgħux ikunu iktar restrittivi minn dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju.
(2)
Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirriżerva għaċ-ċittadini Bulgari trattament iktar restrittiv minn dak mogħti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi skont id-Direttiva 2004/114.
(1) ĠU C 113, 09.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy