27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — ir-Renju Unit) The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Philips Electronics UK Ltd
(Kawża C-18/11) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tnaqqis fiskali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-trasferiment tat-telf magħmul fit-territorju nazzjonali minn stabbiliment li ma huwiex residenti ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor għal kumpannija tal-istess grupp stabbilita fit-territorju nazzjonali)
2012/C 331/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Konvenuta: Philips Electronics UK Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Eżenzjoni fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-trasferiment tat-telf imġarrab fit-territorju nazzjonli minn stabbiliment mhux residenti ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor lejn kumpannija tal-istess grupp stabbilita fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt, għal leġiżlazzjoni nazzjonali, li tissuġġetta għal kundizzjoni marbuta mal-impossibbiltà tal-użu tat-telf għall-bżonnijiet ta’ taxxa barranija l-possibbiltà ta’ trasferiment, permezz ta’ eżenzjoni ta’ grupp u għal kumpannija residenti, ta’ telf sostnut mill-istabbiliment permanenti f’dan l-Istat Membru ta’ kumpannija li ma hijiex residenti, meta t-trasferiment tat-telf sostnut f’dan l-Istat Membru minn kumpannija residenti ma huwa suġġett għall-ebda kundizzjoni ekwivalenti, jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà ta’ kumpannija mhux residenti li tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru ieħor.
(2)
Restrizzjoni tal-libertà ta’ kumpannija li ma hijiex residenti li tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru ieħor, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tiġi ġġustifikata b’raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq l-għan intiż sabiex jiġi prekluż it-teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf, fuq iż-żamma ta’ bilanċ bejn is-setgħat ta’ impożizzjoni tal-Istati Membri jew fuq dawn it-tnejn flimkien.
(3)
F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti nazzjonali għandha tħalli mhux applikata kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tmur kontra l-Artikolu 43 KE.
(1) ĠU C 89, 19.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy