24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja) — Finnair Oyj vs Timy Lassooy
(Kawża C-22/11) (1)
(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu - Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ - Esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ - Kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba strajk fl-ajruport tat-tluq - Riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara t-titjira kkanċellata - Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet)
2012/C 366/15
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finnair Oyj
Konvenut: Timy Lassooy
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(j), 4, 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Ċirkustanzi eċċezzjonali — Titjira kkanċellata minħabba strajk tal-persunal tal-ajruport li minnu kellha titlaq it-titjira — Riorganizzazjoni tat-titjiret sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi għall-passiġġieri tat-titjira kkanċellata — Riorganizzazjoni li taffettwa wkoll it-titjiriet li kellhom jsiru wara t-titjira kkanċellata — Dritt tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet li jiksbu kumpens
Dispożittiv
(1)
Il-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu”, fis-sens tal-Artikoli 2(j) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis sens li ma jikkonċernax biss il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba li jkunu saru wisq riżervazzjonijiet iżda wkoll il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu għal raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi.
(2)
L-Artikoli 2(j) u 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li jseħħu “ċirkustanzi straordinarji” li jwasslu sabiex trasportatur tal-ajru jirriorganizza titjiriet wara li jkunu seħħew dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex tali li jiġġustifika li passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu” fuq l-imsemmija titjiriet sussegwenti u lanqas ma jeżenta lil dan it-trasportatur mill-obbligu ta’ kumpens li huwa għandu, skont l-Artikolu 4(3) tal-istess regolament, fil-konfront tal-passiġġier li ma tħalliex jitla’ fuq waħda minn dawn it-titjiriet charter wara li seħħew l-imsemmija ċirkustanzi.
(1) ĠU C 80, 12.03.2011
Full & Egal Universal Law Academy