31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA vs Fazenda Pública
(Kawża C-25/11) (1)
(Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Artikolu 17(2) u (5), u Artikolu 19 - “Sussidji” użati għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi - Limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis)
2012/C 98/11
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA
Konvenuta: Fazenda Pública
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(2) u (5), u 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Limitazzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis
Dispożittiv
L-Artikolu 17(2) u (5) kif ukoll l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru, meta jawtorizza lill-persuni taxxabbli mħallta jwettqu t-tnaqqis previst fl-imsemmija dispożizzjonijiet, fuq il-bażi tal-użu tal-oġġetti u s-servizzi kollha jew parti minnhom, milli jikkalkola l-ammont imnaqqas, għas-setturi li fihom dawn il-persuni taxxabbli jwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli biss, billi jinkludi “sussidji” li ma humiex taxxabbli fid-denominatur tal-frazzjoni użata sabiex tiġi stabbilita l-pro rata tat-tnaqqis.
(1) ĠU C 103, 2.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy