17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Eurogate Distribution GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt
(Kawża C-28/11) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 204(1)(a) - Proċedura tal-ħażna doganali - Tnissil tad-dejn doganali minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu - Reġistrazzjoni tardiva fir-rekords tal-ħażna ta’ informazzjoni relatata mat-tneħħija tal-merkanzija mill-maħżen doganali)
2012/C 355/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurogate Distribution GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Reġistrazzjoni tardiva fil-kontabbiltà tal-informazzjoni dwar it-tneħħija tal-merkanzija mill-maħżen tad-dwana — Ammissibiltà tat-tnissil tad-dejn doganali bħala sanzjoni għal dan in-nuqqas
Dispożittiv
L-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ merkanzija mhux Komunitarja, l-ineżekuzzjoni tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-rekords tal-ħażna pprovduti għal dan l-għan, tal-ħruġ tal-merkanzija minn maħżen doganali, u dan sa mhux iktar tard minn dak il-ħruġ, tnissel dejn doganali għall-imsemmija merkanzija, anki jekk din tkun ġiet esportata mill-ġdid.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy