12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-34/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kontroll tal-polluzzjoni - Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)
2013/C 9/12
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade, A. Alcover San Pedro u S. Petrova, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. J. Lois, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Marzu 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1) — Valuri ta’ limitu u limiti ta’ allert għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali
Dispożittiv
(1)
Peress li naqset milli tiżgura, għas-snin 2005 sa 2007, li l-konċentrazzjonijiet ta’ kuljum ta’ PM10 fl-arja ambjentali ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet ta’ Braga, ta’ Porto Litoral, tal-Área Metropolitana de Lisboa Norte u tal-Área Metropolitana de Lisboa Sul, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 103, 2.4.2011
Full & Egal Universal Law Academy