8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-37/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà - Regolament Nru 1234/2007 - Artikolu 115 - Anness XV - Punt I(2) - Appendiċi għall-Anness XV - Parti A - Deskrizzjonijiet dwar il-bejgħ “butir” u “prodott tal-ħalib tal-frix” - Deskrizzjoni dwar il-bejgħ “pomazánkové máslo” (butir sabiex jiddellek) - Lista ta’ derogi)
2012/C 379/10
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċekk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Očková, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 115 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1), flimkien mal-punt 1, paragrafu 2 tal-Anness XV tal-imsemmi regolament, kif ukoll il-Parti A tal-appendiċi għal dan l-anness — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li jikkorrispondi għall-isem ta’ bejgħ “prodott tal-ħalib tal-frix” taħt l-isem ta’ bejgħ “Pomazánkové máslo” (butir sabiex jiddellek)
Dispożittiv
(1)
Billi awtorizzat il-bejgħ tal-pomazánkové máslo (butir sabiex jiddellek) taħt l-isem “máslo” (butir), meta dan il-prodott għandu kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ inqas minn 80 % u kontenut ta’ ilma u ta’ materja niexfa mhux xaħmi rispettivament ta’ 16 % u 2 %, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi taħha taħt l-Artikolu 115 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”), moqri flimkien mal-ewwel u mat-tieni subparagrafu tal-Punt I(2) tal-Anness XV tal-imsemmi regolament kif ukoll mal-Parti A, punti 1 u 4, tal-Appendiċi għal dan l-anness.
(2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 80, 12.3.2011
Full & Egal Universal Law Academy