10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 — Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs Nike International Ltd, Aurelio Muñoz Molina
(Kawża C-53/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 58 - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regoli 49 u 50 - Trade mark verbali R10 - Oppożizzjoni - Trasferiment - Ammissibbiltà tar-rikors - Kunċett ta’ ‘persuna awtorizzata sabiex tippreżenta rikors’ - Applikabbiltà tad-Direttivi tal-UASI)
2012/C 73/08
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Konvenut: Nike International Ltd (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat), Aurelio Muñoz Molina
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2010, Nike International Ltd vs UASI — Aurelio Muñoz Molina (T-137/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 551/2008-1).
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Novembru 2010, Nike International vs UASI — Muñoz Molina (R10) (T-137/09), hija annullata peress li, biha, l-imsemmija Qorti Ġenerali, bi ksur tal-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1891/2006, tat-18 ta’ Diċembru 2006, u tar-Regola 49 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2005, tad-29 ta’ Ġunju 2005, iddeċidiet li l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), fid-deċiżjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 551/2008-1), kiser ir-Regoli 31(6) u 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95, kif emendat bir-Regolament Nru 1041/2005, billi ddikjara inammissibbli l-appell ippreżentat minn Nike International Ltd.
(2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy