22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Nancy — Franza) — Association Kokopelli vs Graines Baumaux SAS
(Kawża C-59/11) (1)
(Agrikoltura - Direttivi 98/95/KE, 2002/53/KE, 2002/55/KE u 2009/145/KE - Validità - Ħxejjex - Bejgħ, fis-suq nazzjonali taż-żrieragħ, ta’ żrieragħ tal-ħaxix li ma jinsabux fil-katalgu komuni uffiċjali tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex - Nuqqas ta’ osservanza tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fis-suq - Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Argikoltura - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Libertà tal-intrapriża - Moviment liberu tal-merkanzija - Trattament ugwali)
2012/C 287/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Nancy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association Kokopelli
Konvenuta: Graines Baumaux SAS
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Nancy — Validità, b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ugwaljanza u ta’ moviment liberu tal-merkanzija, kif ukoll tal-impenji meħuda skont it-Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, tad-Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE, tal-14 ta’ Diċembru 1998, li temenda, fir-rigward tal-konsolidazzjoni tas-suq intern, il-varjetajiet ta’ pjanti ġenetikament immodifikati u r-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/EEC, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, iż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, iż-żerriegħa taċ-ċereali, il-patata taż-żrigħ, iż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u ż-żerriegħa tal-ħxejjex tal-ikel u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċi tal-pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 334), tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 281) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 313) u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (ĠU L 312, p. 44) -Bejgħ fis-suq nazzjonali taż-żerriegħa tal-ħxejjex li ma jinsabux fil-katalgu komuni uffiċjali tal-varjetajiet tal-ispeċi tal-ħxejjex — Nuqqas ta’ osservanza tas-sistema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni qabel it-tqegħid fis-suq, ikkunsidrata restrittiva wisq — Atti ta’ kompetizzjoni żleali jew ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza u ta’ moviment liberu tal-merkanzija
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda magħmula ma rrileva l-ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet.
(1) ĠU C 120, 16.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy