15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-65/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli f’grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna unika mhux taxxabbli għall-VAT - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-VAT)
2013/C 171/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis, R. Lyal u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Ree u M. Noort, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u N. Travers, BL), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u S. Hartikainen, aġenti), Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn Hall, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli f’grupp għall-iskop tal-VAT — Nuqqas ta’ notifika lill-Kumitat tal-VAT tal-bidliet li seħħew fl-implementazzjoni tas-sistema ta’ raggruppament għall-iskop ta’ VAT.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, Ir-Renju tad-Danimarka, L-Irlanda, Ir-Repubblika tal-Finlandja, kif ukoll Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 130, 30.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy