9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-17 ta’ Settembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-77/11) (1)
(Rikors għal annullament - Adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena 2011 - Att tal-President tal-Parlament li jikkonstata din l-adozzjoni definittiva - Artikolu 314(9) TFUE - Stabbiliment mill-Parlament u l-Kunsill tal-baġit annwali tal-Unjoni - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 314 TFUE - Prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali - Prinċipju ta’ tqassim tas-setgħat - Dmir ta’ kooperazzjoni leali - Osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali)
2013/C 325/02
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Maganza u M. Vitsentzatos, aġenti)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Pennera u R. Passos, kif ukoll D. Gauci u R. Crowe, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Suġġett
Rikors għal annullament — Att tal-President tal-Parlament Ewropew, datat l-14 ta’ Diċembru 2010, li jistabbilixxi l-baġit annwali tal-Unjoni għas-sena 2011 — Għażla tal-bażi legali — Nuqqas ta’ konformità ta’ dan l-att atipiku mhux leġiżlattiv mall-proċedura tal-baġit ġdida stabbilita mit-TFUE — Nuqqas ta’ osservanza tal-bilanċ istituzzjonali — Ksur tal-prinċipju ta’ tqassim tas-setgħat u tad-dmir ta’ kooperazzjoni leali — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Żamma temporanja tal-effetti tal-baġit
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 120, 16.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy