18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA), Federaciόn de Trabajadores Independientes de Comercio (Fetico), Federaciόn Estatal de Trabajadores de Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT, Federaciόn de Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO.
(Kawża C-78/11) (1)
(Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leave tal-mard - Leave annwali li jikkoinċidi ma’ leave tal-mard - Dritt għall-benefiċċju tal-leave annwali mħallas f’perijodu ieħor)
2012/C 250/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)
Konvenuti: Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA), Federaciόn de Trabajadores Independientes de Comercio (Fetico), Federaciόn Estatal de Trabajadores de Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT, Federaciόn de Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Diżabbiltà temporanja li sseħħet f’daqqa matul il-perijodu ta’ leave — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix l-interruzzjoni tal-perijodu ta’ leave annwali u li dan il-perijodu ta’ leave jitkompla iktar tard, kollu kemm hu jew għall-perijodu li jifdal
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu li ħaddiem, li l-inkapaċità tiegħu li jaħdem isseħħ matul il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, ma għandux dritt li jibbenefika sussegwentement mill-imsemmi leave annwali li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy