18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — proċeduri mibdija minn Marja-Liisa Susisalo, Olli Tuomaala, Merja Ritala
(Kawża C-84/11) (1)
(Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Skema nazzjonali ta’ liċenzji sabiex jiġu operati l-ispiżeriji - Stabbiliment ta’ fergħat - Kundizzjonijiet differenti skont jekk jirrigwardawx spiżeriji privati jew l-ispiżerija tal-Università ta’ Ħelsinki - Spiżerija tal-Università ta’ Ħelsinki li għandha responsabbiltajiet partikolari marbutin mat-tagħlim tal-farmaċija u mal-provvista ta’ prodotti mediċinali)
2012/C 250/09
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-proċedura fil-kawża prinċipali
Marja-Liisa Susisalo, Olli Tuomaala, Merja Ritala,
fil-preżenza ta’: Helsingin yliopiston apteekki
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 106(2) TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Skema ta’ liċenzji sabiex jiġu operati l-ispiżeriji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi kundizzjonijiet iktar vantaġġużi għall-ispiżerija ta’ università milli għall-ispiżeriji privati għal dak li jikkonċerna l-liċenzji sabiex jiġu stabbiliti fergħat — Spiżerija ta’ università li għandha responsabbiltajiet partikolari marbuta mat-tagħlim tal-farmaċija u mal-provvista ta’ prodotti mediċinali
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal-liċenzjar tal-operat ta’ fergħat ta’ spiżeriji partikolari applikabbli għall-Helsingin yliopiston apteekki, iktar favorevoli minn dawk applikabbli għall-ispiżeriji privati, sakemm, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika, il-fergħat tal-Helsingin yliopiston apteekki effettivament jipparteċipaw fit-twettiq tal-kompiti speċifiċi li jikkonċernaw it-taħriġ ta’ studenti tal-farmaċija, ir-riċerka fil-qasam tal-provvista tal-prodotti mediċinali kif ukoll il-ħolqien ta’ prodotti farmaċewtiċi rari mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali.
(1) ĠU C 145, 14.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy