1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-85/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jista’ jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)
2013/C 156/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagen, aġent, G. Clohessy SC, N. Travers, BL)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang, u sussegwnetement V. Pasternak Jørgensen, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. S. Hartikainen, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn M. Hall, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni li mhux taxxabbli fi grupp tal-VAT
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 145, 14.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy