15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-86/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli fi grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna waħda taxxabbli għall-VAT)
2013/C 171/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Hathaway, aġent assistit minn M. Hall, QC)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), l-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. S. Hartikainen, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli fi grupp tal-VAT
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 145, 14.5.2011
Full & Egal Universal Law Academy