15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-95/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħal persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)
2013/C 171/07
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, assistit minn H. Peytz, avukat]
Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti)
Partjiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn M. N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. S. Hartikainen, aġenti), ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, aġent, assistit minn M. Hall, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kunċett ta’ persuna taxxabbli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lil persuni mhux taxxabbli jsiru membri ta’ grupp tal-VAT
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 186, 25.6.2011
Full & Egal Universal Law Academy