27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — August Storck KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-96/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata)
2012/C 331/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz
Partijiet
Appellanti: August Storck KG (rappreżentanti: T. Reher u Staub, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Manea u G. Schneider, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010, Storck vs L-UASI (T-13/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 30 — Karattru distintiv tat-trade mark
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 152, 21.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy