8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 — Herbert Neuman, Andoni Galdeano del Sel, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs José Manuel Baena Grupo, SA
(Kawżi Magħquda C-101/11 P u C-102/11 P) (1)
(Appell - Disinn Komunitarju - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikoli 6, 25(1)(b) u (e), u 61 - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta figura bilqiegħda - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti - Impressjoni globali differenti - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Utent avżat - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Nuqqas ta’ motivazzjoni)
2012/C 379/11
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Herbert Neuman, Andoni Galdeano del Sel (rappreżentanti: S. Míguez Pereira, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: José Manuel Baena Grupo (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Baena Grupo vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (Figura bilqiegħda) (T-513/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008-3)
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
H. Neuman u A. Galdeano del Sel għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti minn José Manuel Baena Grupo, SA relatati mal-appell fil-Kawża C-101/11 P.
(3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn José Manuel Baena Grupo, SA relatati mal-appell fil-Kawża C-102/11 P.
(1) ĠU C 130, 30.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy