21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. J. Bakker vs Minister van Financiën
(Kawża C-106/11) (1)
(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Leġiżlazzjoni applikabbli - Ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jaħdem abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi - Residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Affiljazzjoni fl-iskema Olandiża ta’ sigurtà soċjali)
2012/C 217/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M. J. Bakker
Konvenut: Minister van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(a), 2 u 13(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jaħdem, abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi — Ħaddiem residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ affiljazzjoni fis-sistema Olandiża ta’ sigurtà soċjali
Dispożittiv
L-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-8 ta’ Frar 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li huwa ċittadin tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma jgħix fih, u li huwa mpjegat fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.
(1) ĠU C 160, 28.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy