18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-108/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - VAT - Rata mnaqqsa - Provvisti ta’ klieb tal-fenek u ta’ żwiemel mhux intenzjonati għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum tal-bniedem jew tal-annimal, għall-kiri taż-żwiemel u għal servizzi ta’ inseminazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Ksur tal-Artikoli 96, 98, moqrija flimkien mal-Anness III, u 110)
2013/C 141/04
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Soulay, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, M. Collins, N. Travers u D. O'Hagan, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. — S. Pilczer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96, 98 (moqrija flimkien mal-Anness III), u 110 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika rata mnaqqsa għall-provvisti ta’ klieb tal-fenek u ta’ żwiemel mhux intenzjonati għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum tal-bniedem jew tal-annimal, għall-kiri taż-żwiemel u għal ċerti servizzi ta’ inseminazzjoni
Dispożittiv
(1)
Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ta’ 4,8 % fuq il-provvisti ta’ klieb tal-fenek u ta’ żwiemel mhux intenzjonati għall-preparazzjoni tal-ikel għall-konsum tal-bniedem jew tal-annimal, għall-kiri taż-żwiemel u għal ċerti servizzi ta’ inseminazzjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96, 98, moqrija flimkien mal-Anness III, u 110 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
(2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 145, 14.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy