24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie — Il-Polonja) — Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe Sp. z o.o. vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych
(Kawżi magħquda C-115/11) (1)
(Sigurtà soċjali - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14(2)(b) - Persuna li normalment teżerċita attività bħala persuna impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar - Kuntratti ta’ xogħol suċċessivi - Persuna li timpjega stabbilita fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-ħaddiem - Attività bħala persuna impjegata eżerċitata esklużivament fi Stati Membri oħra)
2012/C 366/17
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Apelacyjny w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe Sp. z o.o.
Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Apelacyjny w Warszawie — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru°1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat — Delimitazzjoni bejn il-kunċetti ta’ “persuna li teżerċita normalment impjieg fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar” u ta’ “ħaddiem ikkollokat” — Ħaddiem impjegat minn impriża stabbilita fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu u li jwettaq xogħlu esklużivament fi Stati Membri oħra tal-Unjoni, filwaqt li jżomm ir-residenza tiegħu u ċ-ċentru tal-interessi vitali tiegħu fl-Istat ta’ oriġini tiegħu
Dispożittiv
L-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, persuna li, fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi li jistabbilixxu bħala l-post tax-xogħol it-territorju ta’ diversi Stati Membri, fir-realtà taħdem, matul il-perijodu ta’ kull wieħed minn dawn il-kuntratti, fit-territorju ta’ wieħed minn dawn l-Istati biss ma tistax taqa’ taħt il-kunċett ta’ “persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011
Full & Egal Universal Law Academy