31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Eon Aset Menidjmunt LTD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-118/11) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168 u 176 - Dritt għal tnaqqis - Kundizzjoni dwar l-użu ta’ merkanzija u ta’ servizzi għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli - Tnissil tad-dritt għal tnaqqis - Kuntratt ta’ kiri ta’ vettura bil-mutur - Kuntratt ta’ leasing - Vettura użata mill-persuna li timpjega għat-trasport mingħajr ħlas ta’ impjegat bejn id-dar tiegħu u l-post tax-xogħol tiegħu)
2012/C 98/12
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad — Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eon Aset Menidjmunt LTD
Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikoli 163, 173 u 176 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Limiti għad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi bħala kundizzjoni obbligatorja għar-rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT l-użu ta’ merkanzija u ta’ servizzi għall-finijiet ta’ attività ekonomika indipendenti u ma tipprovdix mekkaniżmu ta’ rettifika għall-każijiet fejn il-merkanzija jew is-servizzi ma humiex inklużi inizjalment fl-imsemmi dħul mill-bejgħ, iżda fejn, fil-perijodu wara l-akkwist tagħhom, huma jintużaw sabiex isiru konsenji taxxabbli
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
vettura bil-mutur mikrija hija kkunsidrata użata għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli jekk ikun hemm rabta diretta u immedjata bejn l-użu ta’ din il-vettura u l-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli u huwa fl-iskadenza tal-perijodu relatat ma’ kull wieħed minn dawn il-ħlasijiet li jitnissel id-dritt għal tnaqqis u li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ tali rabta;
—
vettura bil-mutur mikrija skont kuntratt ta’ leasing u kkwalifikata bħala merkanzija ta’ investiment hija kkunsidrata bħala użata għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli jekk il-persuna taxxabbli li taġixxi f’din il-kwalifika takkwista din il-merkanzija u tinkludiha fl-assi tal-impriża tagħha, peress li t-tnaqqis tat-taxxa tal-valur miżjud tal-input dovuta huwa komplet u immedjat u kwalunkwe użu tal-imsemmija merkanzija għall-ħtiġijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-persunal tagħha jew għal għanijiet li ma humiex parti minn dawk tal-impriża tagħha huwa ekwivalenti għal provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas.
(2)
L-Artikoli 168 u 176 tad-Direttiva 2006/112 ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis ta’ merkanzija u ta’ servizzi ddestinati għal provvisti bla ħlas jew għal attivitajiet li ma humiex parti mill-attivitajiet ekonomiċi tal-persuna taxxabbli, sakemm il-merkanzija kkwalifikata bħala merkanzija ta’ investiment ma tkunx inkluża mal-assi tal-impriża.
(1) ĠU C 145, 14.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy