9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — il-Belġju) — Pro-Braine ASBL et vs Commune de Braine-le-Château
(Kawża C-121/11) (1)
(Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart f’landfill - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-operat ta’ landfill awtorizzata, fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-impatt ambjentali - Kunċett ta’ “awtorizzazzjoni”)
2012/C 165/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pro-Braine ASBL, Michel Bernard, Charlotte de Lantsheere
Konvenut: Commune de Braine-le-Château
Fil-preżenta ta’: Veolia es treatment SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) kif ukoll tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 1, p. 248) — Deċiżjoni dwar it-tkomplija ta’ tħaddim ta’ landfill awtorizzata, fin-nuqqas ta’ studju dwar l-effetti fuq l-ambjent — Kunċett ta’ “awtorizzazzjoni” — Kamp ta’ applikazzjoni
Dispożittiv
Id-deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat ta’ landfill eżistenti meħuda skont l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar it-terraferma, ma tikkostitwixxi “awtorizzazzjoni” skont l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, biss meta din id-deċiżjoni tawtorizza modifika jew estensjoni ta’ dik l-istallazzjoni jew sit, permezz ta’ xogħlijiet jew interventi li jinvolvu modifiki fl-aspett fiżiku li jista’ jkollhom effetti avversi sinjifikanti fuq l-ambjent skont l-interpretazzjoni tal-punt 13 tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, u li għalhekk tkun tikkostitwixxi “proġett” skont l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011
Full & Egal Universal Law Academy