21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH
(Kawża C-132/11) (1)
(Direttiva 2000/78/KE - Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Trattament differenti bbażat fuq l-età - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Ftehim kollettiv - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru fl-iskeda tar-remunerazzjoni, tal-esperjenza professjonali miksuba fi ħdan kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi - Klawżola kuntrattwali)
2012/C 217/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Innsbruck
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH
Konvenut: Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Innsbruck — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 6(1) u (3) UE kif ukoll tal-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Differenzi fit-trattament ibbażati fuq l-età — Ftehim kollettiv li jipprovdi, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ airhostesses fl-iskala ta’ remunerazzjoni, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali, bl-esklużjoni ta’ dik miksuba minn kumpannija tal-ajru oħra li tifforma parti mill-istess grupp — Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ xogħol minħabba l-effett dirett orizzontali tad-drittijiet fundamentali
Dispożittiv
L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta’ impjiegi previsti minn dan tal-aħħar u, għalhekk, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ remunerazzjoni, tieħu inkunsiderazzjoni biss l-esperjenza professjonali miksuba bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru speċifika, bl-esklużjoni tal-esperjenza materjalment identika miksuba fi ħdan kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi.
(1) ĠU C 186, 25.06.2011.
Full & Egal Universal Law Academy