24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles — il-Belġju) — Partena ASBL vs Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA
(Kawżi magħquda C-137/11) (1)
(Sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 13 u 14c - Leġiżlazzjoni applikabbli - Persuna li taħdem għal rasha - Skema ta’ sigurtà soċjali - Reġistrazzjoni - Persuna li hija impjegata jew li ma teżerċita ebda attività fi Stat Membru - Impjieg ta’ persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor - Mandatarju tal-kumpannija - Residenza fi Stat Membru li ma hijiex is-sede tal-kumpannija - Ġestjoni tal-kumpannija mill-Istat ta’ residenza - Regola nazzjonali li tistabbilixxi preżunzjoni inkonfutabbli tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru tas-sede tal-kumpannija - Reġistrazzjoni obbligatorja għall-iskema tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom ta’ dan l-Istat)
2012/C 366/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Partena ASBL
Konvenuta: Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Cour du travail – Interpretazzjoni tal Artikolu 21 TFUE u tal-Artikoli 13 u 14c tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal 14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) – Ħaddiem li fl-istess waqt jeżerċità impjieg fi Stat Membru u attività ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu fi Stat Membru ieħor – L issuġġettar għall-iskema tas-siġurtà soċjali ta’ persuni li jaħdmu għal rashom ta’ persuna residenti fi Stat Membru ieħor u li tmexxi minn pajjiż barrani kumpannija suġġetta għal-leġiżlazzjoni fiskali tagħha – Nondiskriminazzjoni u ċittadinanza tal-Unjoni
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(b) u l-Artikolu 14c(b) tar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, [għall persuni li jaħdmu għal rashom] u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, kif ukoll l-Anness VII tal-imsemmi regolament, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hi dik fil-kawża prinċipali sa fejn hi tippermetti lil Stat Membru li jikkunsidra, b’mod inkonfutabbli, bħala li tiġi eżerċitata fit-territorju tiegħu attività ta’ ġestjoni, li titwettaq minn Stat Membru ieħor, ta’ kumpannija suġġetta għat-taxxa f’dan l-ewwel Stat.
(1) ĠU C 179, 18.06.2011.
Full & Egal Universal Law Academy